








Merħba
.jpg)




Il-viżjoni tiegħi
Kwalità tal-ħajja fil-lokalitajiet tagħna. Li ngħixu tassew u ngawdu ħajjitna. Nemmen bil-qawwa fil-potenzjal kbir tar-riġenerazzjoni biex inġibu bidla pożittiva fl-Ewwel Distrett. Jeħtieġ li nagħtu ħajja ġdida lill-ispazji urbani u storici tagħna, biex dawn iservu lill-komunità b’mod sostenibbli u jkomplu jkunu għajn ta’ kburija għalina lkoll. L-Ewwel Distrett huwa d-distrett ta' sfidi kbar, imma fuq kollox huwa għani u rikk fil-kultura u l-identità, u dan jeħtieġ li nsostnuh b'politika li tpoġġi lin-nies u l-identità fil-qalba.
Għalija, ir-riġenerazzjoni mhijiex sempliċement dwar li nbiddlu l-apparenza tal-ispazji tagħna, iżda dwar li noħolqu ambjent fejn in-nies jistgħu jgħixu, jaħdmu u jgawdu b’mod aħjar. Irrid aktar spazji ħodor ġodda, toroq organizzati aħjar, fejn ix-xogħol isir bi pjan u risptett, u binjiet li jirriflettu l-valur storiku tagħhom waqt li jiġu adattati għall-ħtiġijiet tal-lum.
Nemmen ukoll li permezz ta’ riġenerazzjoni strateġika nistgħu noħolqu opportunitajiet ġodda għan-negozji lokali, nagħtu spinta lill-ekonomija, u nsaħħu s-sens ta’ komunità. Ir-riġenerazzjoni hija ċ-ċavetta għal futur aktar sostenibbli u inklussiv, fejn kulħadd jista’ jieħu sehem u jgawdi minn dawn il-bidliet.
Fl-irwoli li diġà ħaddant u qed inħaddan wassalt ir-riżultati. Hemm ħafna aktar xi jsir. Bl-għajnuna tagħkom, ninsab determinat biex nagħmel din il-viżjoni realtà għall-Ewwel Distrett.
Flimkien, nistgħu nwettqu bidla għall-aħjar.
Kitbieti u/jew intervisti miegħi
PROFILI segwi l-intervisti hawnhekk
Profili


Profili | Fabrizio Faniello

Profili | Lou Bondi

Profili | Frida Cauchi

Profili | Goerge Curmi
Agħmel kuntatt














